Raġel tilef ħajtu f’inċident traġiku f’Għajnsielem, f’Għawdex, meta għal xi raġuni mhux magħrufa ħabat ma’ vettura.
Kien għall-ħabta tas-7:15 tal-Ħamis filgħaxija, meta seħħet ħabta bejn karozza u mutur u li sfortunatament ħalliet raġel mejjet.
Minnufih għamlu l-wasla tagħhom l-ambulanza u tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Sorsi li tkellmu ma’ NetNews ikkonfermaw illi r-raġel għandu 44 sena u huwa residenti l-Qala Għawdex.
//= $special ?>

