Lokali

Imut sewwieq ta’ mutur f’Għajnsielem Għawdex

Raġel tilef ħajtu f’inċident traġiku f’Għajnsielem, f’Għawdex, meta għal xi raġuni mhux magħrufa ħabat ma’ vettura.

Kien għall-ħabta tas-18:45 tal-Ħamis filgħaxija, meta seħħet ħabta bejn VW Polo misjuqa minn raġel ta’
41 sena residenti l-Qala u mutur SuperSoco misjuq mill-vittma ta’ 44 sena residenti l-Qala Għawdex

Minnufih għamlu l-wasla tagħhom l-ambulanza u tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Il-Maġistrat Monica Vella kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.