Lokali

Taqbad residenza f’Ħaż-Żebbuġ

Dar f’Ħaż-Żebbuġ, inħakmet minn nirien aktar kmieni waranofsinhar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:00 pm fi Triq il-Lunzjata, f’Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejħu Pulizija u Membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu fit-tifi tan-nar.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.