Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta bil-mutur f’Ħaż-Żabbar

Sewwieq ta’ mutur li għandu 19-il sena u li jgħix Birkirkara, weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ trakk misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tal-17:15 pm, fi Triq Latmija, Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei
għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin