Tliet persuni fosthom żewġt itfal iddaħlu l-Isptar wara inċident tat-traffiku fl-Imqabba
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.25pm fi Triq l-Imqabba, l-Imqabba.
F’dan l-inċident kien hemm involuti karozza u trakk li jġorr l-iskips. U jidhder li fil-karozza kien hemm mara u żewġt itfal.
Fil-post waslu timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei li taw l-ewwel għajnuna lit-tfal u s-sewwieqa.
Għal xi ħin, it-triq kienet magħluqa miż-żewġ naħat.



