Lokali

AĠĠORNATA: Għadha pendenti l-kundizzjoni taż-żewġt itfal li ddaħlu l-isptar wara l-ħabta fl-Imqabba

Tliet persuni fosthom żewġt itfal iddaħlu l-Isptar wara inċident tat-traffiku fl-Imqabba

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.25pm fi Triq l-Imqabba, l-Imqabba.

F’dan l-inċident kien hemm involuti karozza u trakk li jġorr l-iskips. U jidhder li fil-karozza kien hemm mara u żewġt itfal.

Fil-post waslu timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei li taw l-ewwel għajnuna lit-tfal u s-sewwieqa.

Għal xi ħin, it-triq kienet magħluqa miż-żewġ naħat.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo