L-atleta Ukren Vladyslav Heraskevych ma tħalliex jibda t-tellieqa tiegħu fl-avveniment tal-iskeleton tal-irġiel fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa ta’ Milano Cortina 2026, wara li rrifjuta li ma jilbisx l-elmu kontroversjali tiegħu, li fih uċuħ tal-atleti Ukreni maqtula mir-Russja waqt il-gwerra li għadha ghaddejja.
L-atleta ta’ 27 sena, li ġarr il-bandiera ta’ pajjiżu fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob, ħa sehem fil-provi uffiċjali ta’ taħriġ bl-elmu personalizzat. Madankollu, l-IOC enfasizza li mhux se jitħalla jużah fil-kompetizzjoni għaliex skont l-Artikolu 50 tal-Olympic Charter, id-dikjarazzjonijiet politiċi huma pprojbiti waqt il-kompetizzjoni, anke jekk id-delegazzjoni tal-Ukrajna insistiet li l-elmu huwa dwar tifkira u ma jikser l-ebda regola.
Il-President tal-IOC Kirsty Coventry kienet f’Cortina fejn iltaqgħet ma’ Heraskevych u missieru Mykhailo fi sforz biex jintlaħaq kompromess fejn l-atleta m’aċċettax il-mod ristrett kif seta’ juża l-elmu.
Heraskevych ikkonferma li se jkompli jiġġieled għad-drittijiet tiegħu u wara d-deċiżjoni li ma tħalliex jikkompeti se jressaq il-kaz quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport CAS.
//= $special ?>

