Lokali

Evakwati numru ta’ familji f’Ħal Qormi minħabba riskju li jċedi parti minn tower crane

Numru ta’ familji f’Ħal Qormi kellhom jiġu evakwati minħabba l-biża’ li parti minn krejn kienet se ċċedi.

Il-każ seħħ dalgħodu wara rapporti minn nies li jgħixu fiz-zona.

Membru tal-Protezzjoni Ċivili telgħu mal-istess tower crane biex jipprovaw ineħħu l-periklu.

Net News jinsab infurmat li l-kabina li tinsab fin-naħa ta’ fuq, bdiet ixxaqleb lejn il-ġenb – possibbilment kaġun tar-riħ qawwi li ħakem fl-aħħar sigħat.

Il-krejn kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni fi proprjetà fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Intant, fil-post waslu wkoll Pulizija u ambulanzi sabiex jassistu.

Aktar dettalji hekk kif jaslulna.

Ritratti: Martin Agius