F’kommunikat fuq il-midja soċjali, il-Kunsill Lokali tal-Qala ħabbar li l-attività tal-Karnival li kienet skedata għall-Ġimgħa filgħaxija tħassret, bħala turija ta’ solidarjetà u rispett lejn il-familja ta’ Joe Cutajar f’dan il-mument tant traġiku u ta’ dieqa kbira.
Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali tenna li dan il-mument ta’ telf u swied il-qalb laqat mhux biss lill-familja, iżda lir-raħal kollu, li jinsab magħqud fil-ħsieb u t-talb.
Il-Kunsill Lokali temm joffri l-kondoljanzi tiegħu lill-familja Cutajar f’dan iż-żmien luttu.
//= $special ?>

