Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp, f’post fuq il-midja soċjali, il-paġna “Il-Karnival ta’ Malta”, ħabbret li l-Ġimgħa filgħaxija, fuq is-suġġeriment tar-risk assessor, il-programm fi Pjazza San Ġorġ ma kienx se jinkludi karrijiet, ħlief il-Karru tar-Re tal-Karnival u żfin.












