Is-servizzi sigrieti tal-Korea t’Isfel qed iżidu l-iskrutinju fuq it-tifla ta’ Kim Jong-un, il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, fost indikazzjonijiet li din it-tifla – Kim Ju Ae li għad għandha biss 13-il sena – intgħażlet diġà bħala l-Mexxejja tal-futur għall-Istat komunista.
Kim Ju Ae, fl-aħħar xhur, ma falliet qatt milli tattendi avveniment pubbliku flimkien ma’ missierha u meta hi anki akkumpanjat lil Kim Jong-un waqt żjara ta’ profil għoli fiċ-Ċina li tmur lura għal Settembru li għadda.
Is-servizzi sigrieti fil-Korea t’Isfel qed jevalwaw ukoll ‘iċ-ċirkustanzi kważi ovvji’ f’din is-sitwazzjoni u meta huma ‘ma jistgħux jinjoraw il-prominenza’ li ngħatat lil din it-tifla waqt l-avvenimenti uffiċjali fil-Korea ta’ Fuq….Avvenimenti li jinkludu anki l-parati militari u ż-żjarat fis-siti militari fejn il-qawwiet komunisti qed jippruvaw il-missili ballistiċi ġodda.
Mistenni, intant, li din it-tifla ta’ 13-il sena se tkun ukoll prominenti waqt il-Kungress tal-Partit Korean Komunista li se jsir dan ix-xahar f’Pyongyang. Il-Kungress, fil-fatt, hu l-akbar avveniment politiku fil-Korea ta’ Fuq li jsir kull ħames snin – u fejn, din id-darba, mistenni li joħorġu dettalji dwar prioritajiet bħall-politika barranija, l-ippjanar għall-gwerra u l-ambizzjonijiet nukleari ta’ dan il-pajjiż.
//= $special ?>

