Joe Cutajar ġie identifikat bħala s-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu f’inċident traġiku f’Għajnsielem, Għawdex, meta kien involut f’ħabta ma’ karozza. Cutajar kellu 44 sena u kien jgħix in-Nadur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:45 tal-Ħamis filgħaxija, fi Triq Borg Għarib.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn VW Polo misjuqa minn raġel ta’
41 sena residenti l-Qala u mutur SuperSoco misjuq mill-vittma.
Il-Maġistrat Monica Vella, kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

