Sussan Ley spiċċat mit-tmexxija tal-Partit Liberali Awstraljan, disa’ xhur biss wara li hi saret l-ewwel mara fl-istorja li ħadet it-tmun ta’ dik l-entità politika…Żvilupp li jfisser li hi, effettivament, mgħadhiex il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-Awstralja
Ley tilfet vot intern għat-tmexxija tal-partit kontra Angus Taylor; l-eks shadow minister tagħha għad-Difiża. Fil-fatt, Taylor, kmieni din il-ġimgħa, ħabbar li kellu jikkuntesta lil Ley għat-tmexxija tal-Oppożizzjoni – bid-dikjarazzjoni ittemm xhur twal ta’ spekulazzjoni.
Sussan Ley assumiet it-tmexxija tal-Liberali wara li l-Partit kien sofra telfa kbira fl-elezzjoni tas-sena l-oħra, Iżda minn dak iż-żmien sallum, il-partit kompla jitlef mill-appoġġ – bid-deputati Liberali jitilfu l-fiduċja fil-kapaċitajiet ta’ Ley bħala Kap.
Fl-ewwel diskors bħala Kap tal-Oppożizzjoni, Angus Taylor, qal li hu, fost oħrajn, se jinsisti dwar politika għar-riforma tal-liġijiet tal-pajjiż dwar l-immigrazzjoni.
//= $special ?>

