FL-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u dik għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol (OHSA) intervjenew minnufih biex jassistu fuq rapport li daħal aktar kmieni fuq il-helpline 138 b’rabta ma’ kabina ta’ towercrane li setgħet tikkawża periklu f’Ħal Qormi minħabba li kienet f’riskju li ċċedi.
Qalu dan fi stqarrija, iż-żewġ awtoritajiet stess fejn tennew li ħarġu notifika ta’ Stop Works, u li assistew skont il-ħtieġa biex f’ħidma konġunta ma’ awtoritajiet oħra fosthom uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fil-preżenza ta’ kuntrattur privat, tkun tista’ tibda tiżżarma l-istruttura bil-prekawzjonijiet kollha neċessarji.
//= $special ?>

