Lokali Qorti

Mixli b’attentat ta’ qtil wara ġlieda fil-Gżira

Denzil Farrugia, ta’ 20 sena mill-Marsa, tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ qtil wara ġlieda li seħħet fil-Gżira il-Ħadd filgħaxija. Skont rapporti, l-argument bejn numru ta’ persuni wassal biex Farrugia saq fuq wieħed mill-irġiel u darbu ħafif. Matul il-ġlieda, tkissru wkoll xi karozzi.

Farrugia kien taħt il-libertà proviżorja minn qabel, wara li flimkien ma’ tmien irġiel oħra kien qed jinstab taħt investigazzjoni għal traffikar ta’ nisa Kolumbjani għall-prostituzzjoni u ġestjoni ta’ żewġt ibriedel f’Malta.

Huwa mar fl-għassa tal-Gżira jagħmel rapport, iżda l-pulizija kellha f’idha mandat ta’ arrest. Filmati tas-sigurtà wrew lil Farrugia involut fil-ġlieda. B’rabta ma’ dan il-każ, ġew arrestati wkoll żewġt irġiel oħra. Id-difiża kkontestat il-validità tal-arrest, argumentandi li l-mandat ma kienx jindika l-akkuża ta’ attentat ta’ omiċidju u li l-pulizija ma kellha l-ebda żviluppi biex tibdel l-akkuża meta Farrugia tressaq il-Qorti.

Il-prosekuzzjoni spjegat li waqt l-investigazzjoni nstabu filmati ġodda li wasslu biex l-akkuża tinstab fuq attentat ta’ qtil. Dwar il-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużi huma ta’ natura gravi filwaqt li kiser il-liberta’ proviżorja fuq każ ieħor.

Żiedet li teżisti biża ta’ intraċ ta’ provi u dan għaliex Farruġia kien konxju li xi persuni fil-gallariji tal-istess triq ħadu diversi filmati u spjegat li l-imsemmija filmati juru lill-akkużat joffendihom. Il-Maġistrat Antoine Aguis Bonnici qies li l-arrest kien validu. Farrugia ċaħad l-akkużi kollha.

Il-prosekuzzjoni argumentat li l-akkużi huma gravi u li Farrugia kien kiser il-libertà proviżorja fuq każ ieħor, u teżisti biża ta’ intraċċ ta’ provi, peress li kien konxju li xi persuni kellhom filmati tiegħu. Il-Qorti ċaħdet it-talba għal ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Il-każ qed jitmexxa mill-Ispettur Charlon Borg flimkien mal-Avukati Clive Aquilina u Kaylie Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għal Farrugia qed jidher l-Avukat Charles Mercieca.