Raġel ta’ 34 sena tressaq il-Qorti il-Ġimgħa, fejn kien mixli bi ksur ta’ ordni ta’ protezzjoni fil-ħabs, ordni li kienet ngħatat lilu fl-17 ta’ Settembru 2025, kif ukoll bi ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ garanzija li kienu ġew stabbiliti f’Ġunju 2021. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
Skont l-Ispettur Omar Zammit, fis-7 ta’ Frar, l-ex-partner tal-akkużat fetħet rapport mat_Taqsima tal-vjolenza domestika li l-akkużat kien qed jikser ordni ta’ trażżin fil-konfront tagħha. Huwa kien diġà tressaq il-Qorti għal akkużi ta’ vjolenza domestika, li ammetta dwarhom.
L-akkużat kien permess li jitkellem mal-mara biss dwar uliedhom. Madankollu, wara li rritorna fil-ħabs fit-28 ta’ Jannar, huwa beda jċemplilha. Xi drabi kien jitkellem magħha dwar uliedhom, imma f’okkażjonijiet oħra kien jitkellem dwar affarijiet oħra, b’hekk jikser l-ordni ta’ protezzjoni.
L-Ispettur Zammit qal li sema’ wħud tal-konversazzjonijiet permezz ta’ recording u talab mandat ta’ arrest.Il-Qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Antoine Agius Bonnici. L-Ispettur Omar Zammit mexxa l-prosekuzzjoni, filwaqt li l-Avukat Martin Farrugia deher għall-akkużat.
//= $special ?>

