Marsa St Michael kisbu rebħa importanti fi tmiem l-ewwel round tal-kampjonat tal-Malta Amateur Football Association wara li għelbu lil Senglea Gunners 2-0 fil-logħba diretta fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika.
Minn bilanċ bejn iż-żewġ timijiet il-partita ħadet xejra oħra fil-mument li Marsa St Michael fetħu l-iskor fl-24 minuta wara li Jean Col Stiven Uribe għeleb lill-goalkeeper ta’ Senglea.
Fit-tieni taqsima, Senglea Gunners wettqu reazzjoni iżda kien Sabri El Mansar li rdoppja għal Marsa fil-41 minuta.
Referee tal-partita kien Gjorgji Bitri.
Iċ-champions Għaxaq Wolves kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra San Ġiljan Saints sabiex qed jaqsmu l-ewwel post ma’ Marsa St Michael’s.
Il-gowl li ddeċieda l-partita kien skorjat fil-25 minuta minn Marinko Solarevic. Referee tal-partita kien Ray Tabone.
San Ġwann Pro Evolution Academy għelbu lil Balluta Barracudas 1-0 fil-partita diretta minn naħa t’isfel tal-klassifika. Hissam Oubarrahou skorja dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv fit-58 minuta.
B’din ir-rebħa, San Ġwann issa fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti fuq l-istess Balluta li jinsabu fl-aħħar post.
Referee tal-partita kien Alex Grech.
//= $special ?>

