Futbol Sport

Rebħa importanti għal Milan fuq Pisa

Rebħa importanti għal Milan barra minn darhom għand Pisa bl-iskor ta’ 2-1. Din ir-rebħa tħalli lil Milan ħames punti wara l-leaders Inter, bi 53 punt. Milan marru fil-vantaġġ wara 39 minuta b’gowl ta’ Ruben Loftus-Cheek. Fis-56 minuta, Niclas Fullkrug naqas milli jagħmilhom 2-0 mill-ħdax-il metru għal Milan. Fil-71 minuta Pisa kisbu l-gowl tad-draw b’gowl ta’ Felipe Loyolam qabel fil-85 minuta kien il-veteran Luka Modric li skorja l-gowl importanti u ta tliet punti importanti lil Milan.