Raġel ta’ 30 sena residenti Pembroke ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Madliena, is-Swieqi. L-inċident seħħ ftit wara nofs il-lejl.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef il-kontroll b’konsegwenza li ħabat ma’ ħajt.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi
ġrieħi serji.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Joseph Mifsud li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin


