Lokali

Twissija oranġjo mis-CPD minħabba riħ qawwi

Għal darb’oħra, il-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ twissija oranġjo għall-Gżejjer Maltin hekk kif ir-riħ mistenni jkompli jisaħħaħ matul il-ġurnata. Skont l-aħħar informazzjoni, ir-riħ jista’ jilħaq qawwa ta’ riefnu f’żoni esposti, u t-twissija mistennija tibqa’ fis-seħħ mill-inqas sas-1pm tal-lum.

Fid-dawl ta’ dawn il-kundizzjonijiet, il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ jeżerċita kawtela massima sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti u ħsarat.

Huwa rakkomandat li jiġu evitati postijiet għoljin bħal bjut, gallariji u scaffoldings, kif ukoll li wieħed iżomm ’il bogħod mil-baħar minħabba l-baħar qawwi u mewġ kbir li jistgħu joħolqu sitwazzjonijiet perikolużi.

Barra minn hekk, oġġetti li jistgħu jittajru mir-riħ għandhom jiġu assigurati sew jew imdaħħla ġewwa bħala prevenzjoni.