Internazzjonali

Alexei Navalny kien ivvalenat minn tossiku tal-‘Ecuadorian dart frog’

Wara kważi sentejn mill-qtil tal-Kap tal-Oppożizzjoni tar-Russja Alexei Navalny ġie żvelat li huwa miet permezz ta’ wieħed mill-għar kimiċi li hawn fid-dinja.

Rapporti internazzjonali qalu li dan il-velenu jinsab fuq il-ġilda tal-‘Ecuadorian dart frog’ u l-effetti tiegħu huwa 200 darba aktar b’saħħithom minn dak tal-morfina. Infatti, dan il-velenu jikkawża paraliżi, diffikultajiet fin-nifs u mewt.

Għaldaqstant, għadu mhux magħruf kif dan il-velenu spiċċa f’Navalny meta dan kien qed jinżamm f’kolonja fis-Siberja.

Intqal ukoll li l-Gvern Russu kellu l-opportunità li juża dan il-velenu bil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-Ġermanja qal li min jingħata dan il-velenu jmut f’agunija kbira.

Intant, il-Kremlin għadu ma kkummentax fuq il-każ b’numru ta’ pajjiżi se jkomplu jagħmlu pressjoni fuq ir-Russja sabiex issir ġustizzja ma’ Alexei Navalny.