Internazzjonali

FRANZA: Tlieta mejta wara li valanga laqtet ‘resort’ fl-Alpi

Tliet persuni tilfu ħajjithom wara li valanga laqtet resort popolari ma’ bosta fl-Alpi.

Il-valanga tal-borra laqtet ir-resort Val d’Isere il-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tal-11:30 bl-uffiċjali jgħidu li l-vittmi dak il-ħin kienu fuq il-muntanji bil-konsegwenza li spiċċaw inġarru minn din il-valanga.

Jidher ukoll li fuq is-sit tar-resort kien hemm twissija ta’ valanga dan apparti li matul il-jum tal-Ħamis anke Meteo-France ħareġ twissija ħamra ta’ valangi fir-reġjun ta’ Savoie li jmiss mal-fruntieri tal-Italja.

Rapporti internazzjonali qalu li l-kawża tal-valanga għadha mhix magħrufa.