Internazzjonali

Il-Gvern Franċiż joħloq account fuq ‘X’ biex iwieġeb lit-trolls u għal fake news li jinxtered

Il-Gvern Franċiż ħoloq account bl-isem ‘French Response’ fuq il-pjattaforma X biex iwieġeb lit-trolls kif ukoll għall-fake news li jinxtered.

Dan qed isir b’inizjattiva mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fejn qed iwieġbu permezz ta’ posts umoristiċi, ironiċi jew saħansitra anke posts provokattivi. Jidher ukoll li dan l-account anke wieġeb lil politiċi prominenti.

L-account inħoloq f’Settembru li għadda u minn dakinhar laħaq ‘il fuq minn 180,000 follower bl-ewwel post kienet indirizzata lis-Segretarju tal-Istat fl-Istati Uniti Marco Rubio wara li kien qal li l-Hamas irtiraw mid-diskussjonijiet tal-ostaġġi wara li Franza ħabbret li se tirrikonoxxi l-Istat Palestinjan.

Għaldaqstant, ‘French Response’ mal-ewwel wieġbet u waqqgħet d-dikjarazzjoni ta’ Rubio.