Kultura Lokali

Illum it-tieni ġurnata tal-Karnival – it-temp mistenni jippermetti li titgawda l-parata tal-karrijiet

Illum, fil-Belt Valletta, tibda t-tieni ġurnata tar-renju tal-Karnival. Dan wara li lbieraħ, l-isfilata bil-karrijiet kellha titħassar – u saret biss il-kompetizzjoni taż-żfin.

Fil-Belt, illum, issir ukoll il-qarċilla tradizzjonali.

Intant, anke f’Għawdex għaddejin fl-aqwa tagħhom l-attivitajiet marbuta mal-karnival, fejn jispikka fuq kollox il-karnival spontanju tan-Nadur.

Ritratt: Martin Agius