Magħrufa bħala l-aktar ġurnata romantika tas-sena, ħafna jieħdu l-opportunita’ ta’ Jum San Valentinu biex juru l-imħabba lill-maħbubin tagħhom b’kartolini, fjuri, ċikkulatini, jew soft toys. Hemm min isib ix-xoqqa f’moxtha u jipproponi – bit-tama li l-maħbub jew maħbub taċċetta li tiżżewweġ. Iżda hemm ħafna oħrajn li għalihom din hi ġurnata normali, bħall-oħrajn.
Meta nqabblu l-irġiel man-nisa, tqum dejjem id-diskussjoni min hu l-aktar romantiku.
Tradizzjonalment, l-għoti tal-ward ħomor hu l-aktar ġest ta’ mħabba li hu marbut mal-festa tal-14 ta’ Frar – iżda anke ċertu tradizzjonijiet inbidlu maż-żmien. Tant li illum, anke tfajliet single jużaw din il-ġurnata biex “jiċċelebraw” il-ħbiberija ta’ bejniethom. Fost il-ġuvintur, din ma tantx hi xi ħaġa marbuta mal-ġurnata tal-lum.
Fuq kollox, San Valentinu jibqa’ il-jum tal-imħabba – li għandu jixprunana biex nuru rispett u imħabba matul is-sena kollha.
//= $special ?>

