Sport Sport Ieħor

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tħabbar il-finalisti tal-66 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bi pjaċir tħabbar il-finalisti f’kull kategorija tas-66 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali. F’din il-fażi l-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kienu involuti fil-proċess ta’ votazzjoni sabiex jintgħażlu l-ħames finalisti f’kull kategorija.

Il-Finalisti tas-seba’ kategoriji tradizzjonali rri\ultaw hekk:

Sportiv tas-Sena

Gianluca Chetcuti (Sparar)

Brian Cini (Snooker)

Jared Micallef (Atletika)

Fabio Spiteri (Triathlon)

Mevrick Zammit (Blackball)

Sportiva tas-Sena

Haley Bugeja (Football)

Francesca Curmi (Tennis)

Sasha Gatt (Għawm)

Sophie St John (Ġinnastika Artistika)

Tenishia Thornton (Weightlifting)

Żagħżugħ tas-Sena

Nick Bonett (Atletika)

Jake Castaldi (Blackball)

Jacob Micallef (Motorsport)

Nathan Mifsud (Weightlifting)

Timmy Vassallo (Ibburdjar)

Żagħżugħa tas-Sena

Chloe Amato (Water Polo)

Kim Camilleri Lagana (Weightlifting)

Emily Fenech (Ibburdjar)

Thea Parnis Coleiro (Atletika)

Sophie St John (Ġinnastika Artistika)

Kowċ tas-Sena

Robert Attard (Blackball)

Natalia Berehova (Ġinnastika)

Rachid Chouhal (Atletika)

Giacomo Modica (Football)

Jonathan Valletta (Water Polo)

Uffiċjal tas-Sena

Rita Azzopardi (Water Polo)

Ishmael Barbara (Football)

Terry Camilleri (Snooker)

Jesmond Caruana (Weightlifting)

Vincent Degorgio (Pool)

Team tas-Sena

Team tal-ġinnastika Logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar (Ġinnastika)

Ħamrun Spartans (Football)

Luxol St Andrews (Futsal)

Team ta’ taħt it-18 -il sena (Water Polo)

Team World Shoot Out (Pool)

Team Nazzjonali tan-Nisa (Football)

*Din hi l-unika kategorija li hemm sitt (6) finalisti flok ħames (5) għaliex wara l-voti miġbiura mill-ġurnalisti rriżulta’ li kien hemm żewġ teams li temmew fil-ħames post

Ir-rebbieħa f’kull kategorija jitħabbru fis-serata finali li se ssir is-Sibt 28 ta’ Frar 2026, fejn jiġu ċċelebrati s-suċċessi miksuba mill-atleti Maltin kemm fuq bażi individwali kif ukoll bħala tim miksuba tul is-sena 2025 bejn il-perjodu 1 ta’ Jabbar sal-31 ta’ Diċembru.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jsegwi r-regolamenti li jinsabu f’dan il-link:

https://www.maltasportsjournalists.com/ghazliet-sportivi…

Il-lista tar-rebbieħa kollha tul is-snin tinsab hawn:

https://www.maltasportsjournalists.com/rebbieha-sportivi…

Intant f’ċerimonja li saret is-Sibt filgħodu tħabbar wkoll li fis-serata finali se jingħataw wkoll unuri oħra fosthom il-People’s Choice Award.

L-10 Finalisti tal- People’s Choice Award huma:

Neil Agius (Open Water Swimming) – 5061 5031

Justin John Camilleri (Para Rowing) – 5061 5032

Julia Galea (Ġinnastika Artistika) – 5061 5033

Matthew Galea Soler (Atletika) – 5061 5034

Jake Gomez Blanco (Kick Boxing) – 5061 5035

Rodney Gatt (Horse Racing) – 5061 5036

Jacob Micallef (Motorsport) – 5061 5037

Michelle Mifsud (Triathlon) – 5061 5038

Tenishia Thornton (Weightlifting) – 5061 5039

Team Gozo Dream (Ibburdjar) – 5061 5040

Il-Kategorija tal-People’s Choice Award se jkun determinat b’vot ta’ 100% mill-publiku permezz ta’ sms fuq in-numri li jinsabu ħdejn full finalista.

Se jingħata wkoll għal sena oħra l-unur ‘Sport for Social Change Award’ din is-sena il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport irċieva dawn in-nominazzjonijiet:

1. Ħamrun Sporting Football Club

2. Frame Football

3. MFA Social Responsibility

4. Ħamrun Ħanin

5. Inspire

6. Fgura United FC Players’ Council

Il-Kumitat Eżekuttiv ser ikun qiegħed jagħti rikonoxximent tal-Fair Play Award kif ukoll l-l-unur tal-Avveniment Internazzjonali li ġie organizzat f’Malta matul l-2025.

Għal darba oħra l-Kumitat Eżekuttiv tal-GħĠS se jkun qed idaħħal tliet persuni oħra fil-Hall of Fame tal-GħĠS.

Is-66 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali qed titella’ bil-kollaborazzjoni ta’ dawn l-imsieħba kummerċjali:

Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, Intercontinental Hotel, SWEAT Fitness, TGS Together Gaming Solutions, Bank of Valletta, Enemed, Wasteserv, VisitMalta, Campus Hub, 1Padel, Atlas Insurance, AIMS, Bolt u TVM Sport.