Matul il-ġimgħa li ġejja delegazzjoni mill-Istati Uniti li fost l-oħrajn tinkludi lil Steve Witkoff u lir-raġel tat-tifla ta’ Trump Jared Kushner se jkunu qed iħejju diskussjonjiet bil-għan li l-Gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja tiġi fi tmiemha.
Id-diskussjonijiet se jkunu qed isiru f’Ġinevra propju ftit sigħat biss wara li din l-istess delegazzjoni se tkun qed tintaqa’ ma’ delegati mill-Iran.
Sorsi internazzjonali qed jgħidu li dawn id-diskussjonijiet mal-Iran se jkunu qed isiru bil-għan li ssir aktar pressjoni fuqhom wara l-aġir minn naħa tal-Gvern tal-Iran fil-konfront tal-attivisti li kienu qed jipprotestaw.
Fi żviluppi oħra, il-Gvernatur ta’ Belgorod qal li attakk bil-missili mill-Ukrajna ħalla tnejn mejta dan filwaqt li tal-anqas ħamsa oħra ġarrbu l-ġrieħi.
Intqal ukoll li dawn l-individwi kienu qed jirranġaw xi ħsarat elettriċi li kien hemm fiz-zona dan apparti li qal ukoll li dan l-attakk ikkawża ħsarat kbar fil-faċilitajiet tal-enerġija b’eluf ta’ familji jinsabu mingħajr il-provvista tal-elettriku u tal-ilma.
Intant, il-belt ta’ Belgorod tinsab biss 40km bogħod mill-fruntiera tal-Ukrajna.
//= $special ?>

