Persuna se titressaq il-Qorti t’Għawdex b’rabta mal-inċident fatali li seħħ f’Għajnsielem ftit tal-jiem ilu.
Din il-persuna se tidher quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech.
L-inċident seħħ il-Ħamis filgħaxija għall-ħabta tas-6:45 fi Triq Borg Għarib fejn raġel ta’ 44 sena residenti n-Nadur sfortunatament tilef ħajtu f’dan l-inċident.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Qala u mutur misjuq mill-vittma.
Huwa minnufih kien ingħata l-għajnuna minn tim mediku, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
//= $special ?>

