Lokali

Żewġ persuni evakwati b’ħelikopter lejn l-Isptar Mater Dei

Matul il-jum tal-Ġimgħa, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tas-Salvataġġ ta’ Malta (RCC) ikkoordina evakwazzjoni medika minn fuq bastiment, wara li ġie rrappurtat li żewġ membri tal-ekwipaġġ kienu jeħtieġu attenzjoni medika urġenti.

Minkejja l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fuq il-baħar, li għamlu l-operazzjoni tas-salvataġġ partikolarment diffiċli, iż-żewġ persuni ġew imtella’ b’mod sigur permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. Wara huma ġew mgħoddija lit-tim mediku tal-Isptar Mater Dei għal aktar trattament.

Il-Forzi Armati ta’ Malta jħeġġu lill-pubbliku biex joqogħdu attenti għall-avviżi tat-temp ħażin maħruġa mill-awtoritajiet u sabiex jiġi evitat il-baħar jew ħruġ fuq fil-baħar meta jinħarġu twissijiet bħal dawn.