Lokali Qorti

Erba’ Griegi jinżammu arrestati b’rabta ma’ serqa f’Birkirkara

Erba’ rġiel Griegi li tressqu l-Qorti akkużati b’numru ta’ reati serqi inkluż serq aggravat bi vjolenza, nżammu arrestati.

Il-każ allegatament seħħ fit-12 ta’ Frar li għadda f’appartament f’Birkirkara, meta l-irġiel żammew lill-vittma kontra r-rieda tiegħu, kkawżawlu ħsarat li jaqbżu l-€2,500, u pruvaw jisirqulu flus u oġġetti u heddewh li joqtluh

L-akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom u t-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda.