Kenneth Vella
DJ Spritz u Farmer Keryvon rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu semifinali mit-Tazza tal-President għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140 metru u għamlu parti mis-seba’ laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott. Dan il-kampjonat qiegħed jiġi organizzat bl-għajnuna tal-awtorita’ Equestri Malta.
Tnax il-żiemel għaddew għall-fażi finali. Fl-ewwel semifinali, DJ Spritz (Daniel Hili) ma kellux tbatija biex iżomm l-ewwel post tul id-distanza kollha biex akkwista t-tielet rebħa nfila u f’Malta b’tul u nofs minn Falko De Nouville (Rodney Gatt) u Felix Du Bourg (Miguel McKay). Eldorado De Ver (Noel Baldacchino) temm ir-raba’ minn Extra Du Chatelet (Ludvic Ghigo) u Ellington Dream (Paul Galea).
It-tieni semifinali kienet ikkaratterizzata minn dwell eċċitanti fl-aħħar metri bejn Farmer Keryvon (Rodney Gatt) u Diablo D’Herfraie (Jesmar Gafa’). Kien tal-ewwel li ħa t-tieni rebħa tas-sena b’Awesome Kronos (Dylan Baldacchino), Rampant (Cherise Farrugia), Gingko Thelois (Paul Galea) u Zinfandel (Charles Camilleri) ikunu l-aħħar żwiemel li jagħmluha għall-finali.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Let’s Move On (T. Demanuele) Ħin – 3.25.4” (1.17.8”) 2. Fakir Piya (R. Gatt) 3. Cadol De La Noemie (M. Falzon) 4. Attack Photo (D. Baldacchino)
II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m 1. Horusko (R. Magro) Ħin – 3.21.6” (1.16.4”) 2. Mountainous (M. Bonnici) 3. Gibus De Navary (M. Borg) 4. Excellentissime (N. Baldacchino)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Gambit Gibus (S. Cassar) Ħin – 3.26.1” (1.18.1”) 2. Jungle Tiger (K. Saliba) 3. Ermes Jet (N. Baldacchino) 4. Shawn Leejs (C. Calleja)
IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Gringo Marancourt (D. Debono) Ħin – 3.29.4” (1.20”) 2. Liane Du Choquel (Cherise Farrugia) 3. Fangio Du Bocage (A. Grech)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. In My Way Damgard (P. Galea) Ħin – 3.20.6” (1.16”) 2. R.K. Star (C. Refalo) 3. Fillmore (L. Gauci) 4. Fakir De Gesvres (C. Caruana)
VI Tiġrija. Semifinali EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. DJ Spritz (D. Hili) Ħin – 2.35.9” (1.12.9”) 2. Falko De Nouville (R. Gatt) 3. Felix Du Bourg (M. McKay) 4. Eldorado De Ver (N.Baldacchino) 5. Extra Du Chatelet (L. Ghigo) 6. Ellington Dream (P. Galea)
VII Tiġrija. Semifinali EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Farmer Keryvon (R. Gatt) Ħin – 2.38.1” (1.13.9”) 2. Diablo D’Herfraie (J. Gafa’) 3. Awesome Kronos (D. Baldacchino) 4. Rampant (Cherise Farrugia) 5. Ginkgo Thelois (P. Galea) 6. Zinfandel (Ch. Camilleri)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Indien De Bry (R. Gatt) Ħin – 3.23.7” (1.17.1”) 2. Farmer De Moulinet (Ch. Camilleri) 3. Ikko Des Racques (I. Bilocca) 4. Ianthin G.C. (A. Piscopo)
//= $special ?>

