Kmieni dalgħodu, tħabbret il-mewt tal-eks editur tas-Sunday Times of Malta Laurence Grech. Hu kellu 77 sena.
Laurence Grech kien pijunier fil-qasam tal-ġurnaliżmu, b’karriera li damet kważi 60 sena.
Fil-fatt, hu kien ingħaqad mat-Times bħala teenager, u baqa’ miexi f’din il-professjoni sakemm ingħata l-irwol importanti ta’ editur.
Laurence Grech kien ikun ukoll mistieden fuq Net Television f’diversi programmi ta’ diskussjoni. U fl-2007 hu kien ingħata l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu f’Jum ir-Repubblika.
Laurence Grech kien miżewweġ, u kellu tlett itfal.
Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alx Borg sellem il-memorja tal-eks editur tat-Times of Malta fejn iddeskrivih bħala ġgant tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna. Huwa saħaq li Grech kien bniedem ta’ integrità fejn qatt ma ddejjaq isemma’ leħnu favur il-verità filwaqt li Alex Borg insista li Laurence Grech ċertament ħalla marka grazzi għal ħidma tiegħu f’dan il-qasam.
//= $special ?>
