Internazzjonali

Jitmermer u jisparixxi simbolu importanti mill-patrimonju kulturali fis-Salento – magħruf bħala l-arkata tal-Imħabba

Il-maltemp fl-Italja kompla jagħmel ħsara enormi mhux biss fl-ibliet u fl-infrastrutturi iżda anke fil-patrimonju kulturali tal-pajjiż. Il-maltempati ta’ l-aħħar jiem laqtu l-kosta tas-Salento f’Puglia: Propju l-aħħar maltempata seħħet bejn s-Sibt 14 ta’ Frar u l-Ħadd 15 ta’ Frar, fost silġ, xita qalila u baħar qawwi.

Wieħed mis-simboli li l-aktar jikkaratteriżża lis-Salento magħruf uffiċjalment bħala ‘l’arco dei faraglioni di Sant’Andrea, f’Melendugno, fis-Salento – magħrufa bħala l’arkata tal-imħabba, ma felħitx għas-saħħa tal-ilmijiet u l-irwiefen. Sparixxiet, tmermret u spiċċa frak fil-baħar.

Din kienet l-akbar ħsara li kkawża dan il-maltemp fil-kosta tas-Salento. “din hija weġgħa kbira f’qalbna. Sparixxiet waħda mill-attrazzjonijiet l-aktar famużi fil-kosta tagħna u fl-Italja kollha”, qal is-sindku ta’ Melendugno, Maurizio Cisternino.

Fortunatament ma weġġħux persuni. Madankollu parti miż-żona kienet diġa’ interdetta mill-2014.