Internazzjonali

L-Ukraina trid 20 sena garanzija ta’ sigurta’ qabel ma tiffirma l-ftehim għall-paċi

l-Ukraina trid mill-anqas 20 sena garanzija ta’ sigurta’ mingħand l-Istati Uniti qabel ma tista’ tiffirma ftehim ta’ paċi dinjituż. Dan qalu Volodymyr Zelensky meta tkellem is-Sibt fil-konferenza ta’ Munich, gimgħa qabel it-taħditiet li se jkunu qiegħdin isiru mar-Russja u l-Istatit Uniti.

Zelensky sejjaħ għal data ċara ta’ meta l-Ukraina tista’ tidħol fl-Unjoni Ewropea. Uħud mill-uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea qiegħdin isemmu il-2027 bħala data l-aktar qrib.

Fid-diskors tiegħu tas-summit tas-Sigurta’ f’Munich, il-President tal-Ukraina qal li jittama li l-laqgħat trilaterali tal-ġimgħa d-dieħla jkunu serji, ta’ sustanza, u ta’ għajnuna għalina lkoll, “imma onestament, kultant inħoss li l-partijiet l-oħra jitkellmu fuq punti kompletament differenti”.

“L-Amerikani ta’ spiss jitkellmu dwar konċessjonijiet, iżda ħafna drabi dawn il-konċessjonijiet jirrigwardaw biss lill-Ukraina f’dan il-kuntest u qatt ma jsemmu x’se tikkonċedi r-Russja”.