Futbol Sport

Leeds United isibuha diffiċli kontra Birmingham City fir-raba’ rawnd tal-FA Cup

Birmingham City mill-ELF Championship taw sfida kbira lit-tim mill-Premier League Leeds United fir-raba’ rawnd tal-FA Cup hekk kif irnexxielhom iżommuhom draw sal-ħin barrani fejn eventwalment Leeds għaddew għar-rawnd tal-aħħar 16 bil-penalties.

Lukas Nmecha skorja għal Leeds fid-49 minuta u Patrick Roberts għmel l-iskor indaqs fid-89 minuta.

Il-penalties ta’ Leeds kienu skorjati minn Joel Piroe, Dominic Calvert-Lewin, Branden Aaronson u Sean Longstaff. Birmiingham City skorjaw permezz ta’ Jay Stansfield u Marvin Duksch, filwaqt li Tommy Doyle u l-eroj li skorja l-gowl tad-draw Patrick Roberts fallew il-penalties tagħhom.

Wolves ukoll għaddew għar-rawnd li jmiss u bagħtew ħafna biex għelbu lil Grimsby Town li jinsabu fil-Football League 2. Grimsby Town huwa t-tim li s-sena l-oħra għeleb lil Manchester United fil-FA Cup.

Wolves rebħu permezz ta’ gowl minn Santiago Bueno wara preiżament siegħa logħob.

Skor identiku bejn Oxford United u Sunderland, kien penalty ta’ Habib Diarra wara 32 minuta li wassal għall-kwalifikazzjoni tal-Black Cats.

Fulham irnexxielhom idawru l-iskor biex ikkwalifikaw b’diffikulta’ ukoll meta għelbu lil Stoke City, tim ieħor li jilagħab fil-EFL Championship.

Stoke skorjaw fl-ewwel taqsima permezz ta’ Bae Junho, pero Fulham irnexxielhom jiskorjaw darbtejn fit-tieni taqsima permezz ta’ Kevin u Harrison Reed biex għaddew għar-rawnd li jmiss.

Arsenal għelbu lil Wigan Athletic 4-0, rebħa mistennija mit-tim li jinsab l-ewwel fil-Premier League kontra tim li qiegħed jissielet kontra r-relegazzjoni mill-Football League One.

Il-gowls kollha fl-ewwel taqsima minn Noni Madueke, Gabriel Martinelli, auto-gowl ta’ Jack Hunt u Gabriel Jesus.