Raġel ta’ 66 sena minn Ħal Għaxaq ingħata sentenza sospiża wara li nstab ħati li għamel ħsara f’karozza meta laqatha u baqa’ sejjer u hedded mara.
Il-każ jirrigwarda inċident tat-traffiku li seħħ f’Mejju tal-2024 fil-Mellieħa meta Marius Muscat laqat karozza u baqa’ sejjer u attakka lill-vittmi wara li baqgħu jsegwuh.
Il-Qorti illiberat lill-imputat mill-akkuża li darab ħafif raġel. Iżda sabitu ħati li hedded mara u għamel ħsara lil karozza.
Marius Muscat ġie kkundannat tmien xhur ħabs sospiżi għal sentejn u ġie ordnat iħallas multa ta’ €50 u €395 fi spejjeż lill-vittmi. Huwa ġie ordnat ma jersaqx lejn il-vittmi.
//= $special ?>

