Sliema ASC u San Ġiljan kienu involuti f’partiti mill-European Aquatics Challenger Cup li qed iseħħ ġewwa Vilnius fil-Litwanja.
Sliema ASC kellhom prestazzjoni dominanti fi Grupp A hekk kif temmew fil-quċċata tal-grupp wara partita missielta kontra EVK Zalbas mil-Litwanja. Ir-riżultat finali jkun dak ta 12-10 favur il-Maltin. Sliema żammew il-kontroll tul il-partita mill-bidu sat-tmiem.
F’din il-partita, Liam Galea kien wieħed mill-aktar plejers influwenti permezz ta’ tliet gowls, filwaqt li Niccolo Gitto, Benjamin Cachia u Dino Zammit kienu fundamentali ukoll fir-rebħa Slimiża.
Permezz ta’ din ir-rebħa Slima kisbu post mat-Top 8 tal-kompetizzjoniji.
Minn naħa l-oħra, San Ġiljan ukoll impressjonaw fi Grupp B meta għelbu lil VK Banja Luka mill-Bosnja mingħajr ebda diffikulta. Il-Maltin rebħu b’mod konvinċenti.
Russell Caruana kien l-iskorer ewlieni tal-partita, b’gowls oħra jaslu ukoll minn Matthew Zammit, Gabriel Bonavia, Alika Naone, Nikolai Zammit u Nico Schiavone. B’dan ir-riżultat impressjonanti, San Ġiljan ukoll ikkwalifikaw għall-fażi oħra tal-kompetizzjoni u issa jmorru għall-logħba li ġejja kontra l-avversarji tas-Slovenja, Branik Maribor
//= $special ?>

