Wara li l-Ħadd, fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera, rebħu l-konfront tagħhom kontra Flyers bl-iskor ta’ 3-0, it-team ta’ Swieqi Phoenix Nium rebaħ il-kampjonat Super League għar-raba’ darba fl-istorja tiegħu. Swieqi fetħu tajjeb kontra Flyers u rebħu l-ewwel set 25 għal 13. Huma rebħu t-tnejn ta’ wara 25 għal 18 u 25 għal 22. B’hekk huma ġew matematikament dikjarati bħala ċ-champions nazzjonali għal dan l-istaġun. Swieqi huma mmexxiha minn Leonard Zammit Munroe u Justin Montesin.
Fit-tieni konfront Falcons għilbu lil Paola Executive Security bl-iskor ta’ 3-1. Falcons rebħu l-ewwel żewġ sets 25 għal 16 u 25 għal 21. Madankollu tilfu t-tielet wieħed 25 għal 22 u rebħu r-raba’ u l-aħħar wieħed 25 għal 20.
Fil-klassifika ġenerali, Swieqi għandhom 25 punt, Falcons 18 -il punt, Flyers 15 -il punt, Birkirkara disa’ punti u Paola fl-aħħar post b’żewġ punti biss.
Super League
Flyers vs Swieqi Phoenix Nium 0-3 (13-25, 18-25, 22-25)
Falcons vs Paola Executive Security 3-1 (25-16, 25-21, 22-25, 25-20)
Under 19
Paola Kool and Kiwi vs Flyers 3-0 (25-20, 25-20, 25-19)
Under 17
Swieqi Phoenix vs Flyers 3-0 (25-15, 25-12, 25-10)
Swieqi Phoenix vs Flyers (2) 3-0 (25-22, 25-21, 25-17)
Under 15
Flyers vs Swieqi Phoenix 3-0 (25-11, 25-19, 25-17)
Swieqi Phoenix vs Paola Maypole 3-0 (25-8, 25-17, 25-11)
//= $special ?>

