Net News jinsab infurmat li l-partnership li hemm bħalissa bejn l-Isptar Mater Dei u l-isptarijiet privati qed jaffaċja problemi serji, hekk kif issa anka l-operazzjonijiet li jsiru f’dawn l-Isptarijiet qed jiġu kkanċelati wara li dawn ma rċivewx il-fondi mill-Gvern.
Lura f’Jannar tal-2025, il-Ministeru tas-Saħħa kien ħabbar sħubija bejn l-Isptar Mater Dei u sptarijiet privati biex dawn jieħdu taħt idejhom operazzjonijiet li ma jeħtiġux operazzjonijiet kumplikatil dan bil-għan li jitnaqqas il-piż minn fuq l-Isptar ewlieni ta’ pajjiżna; bl-ispiża ta’ dawn l-operazzjonijiet jitħallsu mill-Gvern.
Dan l-istazzjon jinsab infurmat li dawn il-pagamenti mhux qed isiru b’mod regolari tant li issa qed jitħassru certu operazzjonijiet.
Fil-fatt, persuna li kien skedat li jidħol jagħmel operazzjoni matul il-jum ġie infurat li l-operazzjoni tiegħu ġiet imħassra.
Din il-persuna ilha madwar seba’ snin li bdiet it-trattament, u id-dewmien ta’ din l-operazzjoni se jħalli impatt fuq il-proċess lejn fejqan komplet.
Inizjalment l-operazzjoni kellha ssir f’Mater Dei. Però eventwalment sar jaf li din se ssir fi sptar privat.
Hu kien prepara mentalment u fiżikament biex jagħmel din l-operazzjoni biex kollox sfuma fix-xejn.
Din il-persuna tkellmet ukoll mal-Ministeru tas-Saħħa biex tistaqsi dwar din is-sitwazzjoni; però baqa’ ma rċieva l-ebda risposta.
//= $special ?>
