Wara kull talba ta’ assigurazzjoni tal-ħajja hemm persuna jew familja li qed tiffaċċja mument mhux mistenni u spiss diffiċli. Fl-2025, HSBC Life Malta reġgħet kienet ta’ sapport għas-sidien tal-poloz tagħha, billi għar-raba’ sena konsekuttiva ħallset aktar minn 95% tat-talbiet stmati, u b’hekk saħħet l-impenn tagħha sabiex tappoġġja lill-klijenti meta jkollhom l-iktar bżonn.
Dan mhuwiex riżultat ta’ sena waħda, iżda jixhed impenn kontinwu biex il-klijenti jingħataw sapport fil-mumenti meta tassew tkun meħtieġa l-assigurazzjoni. Ir-riżultat jirrifletti approċċ konsistenti fl-immaniġġjar tat-talbiet mibni fuq sistema ġusta, trasparenza u assistenza.
Waqt li kkummenta dwar il-prestazzjoni kontinwa tal-kumpanija, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Life Malta Gregory Inglott enfasizza li l-2025 kienet sena tassew pożittiva. Il-klijenti eżistenti tagħna komplew juru l-fiduċja tagħhom fil-kumpanija tal-assigurazzjoni tagħna filwaqt li klijenti ġodda sabu dak li xtaqu fis-soluzzjonijiet tagħna. Ninsab kuntent ħafna li nistgħu nkomplu noffru dik il-fiduċja.
L-esperjenza tat-talbiet fl-2025 tinkludi soluzzjonijiet ta’ protezzjoni individwali bħal Loan Protector Plan u Personal Protector Plan, li jappoġġjaw lill-familji b’self għal darhom u protezzjoni personali, kif ukoll il-Group Life Plan, li jipprovdi sigurtà finanzjarja lill-impjegati u lill-familji tagħhom permezz ta’ kopertura sponsorizzata minn min iħaddem.
Josef Camilleri, Kap tal-Prodotti u d-Distribuzzjoni f’HSBC Life Malta, enfasizza li r-riżultati fil-fażi tat-talbiet huma dak li fl-aħħar mill-aħħar jiddeterminaw il-valur tal-assigurazzjoni tal-ħajja.
“Meta n-nies jieħdu assigurazzjoni tal-ħajja, ikunu qegħdin jippreparaw għal sitwazzjonijiet li jittamaw li qatt ma jiffaċċjaw. Ir-responsabbiltà tagħna hi li nirrispondu b’kura, effiċjenza u ġustizzja jekk dawn il-mumenti jinqalgħu. L-assigurazzjoni tal-ħajja għandha sservi għal serħan il-moħħ, billi tkun taf li l-appoġġ se jkun hemm jekk qatt ikun meħtieġ. Rekord b’saħħtu u konsistenti ta’ talbiet jgħin biex din il-wegħda ssir xi ħaġa reali għall-familji u n-negozji.”
HSBC Life Malta terġa’ tikkonferma r-rwol tagħha bħala fornitur affidabbli ta’ assigurazzjoni tal-ħajja f’Malta, billi tkompli twassal riżultati affidabbli ta’ talbiet sena wara sena, b’enfasi mhux biss fuq l-offerta ta’ poloz u prodotti, iżda wkoll fuq in-nies, u fuq li tkun hemm għalihom meta jkun l-iktar mitlub.
//= $special ?>

