Lokali

KARNIVAL 2026: Dalgħodu jkomplu l-kompetizzjonijiet taż-żfin fil-Belt

Ritratt: Martin Agius

Minkejja t-temp imsaħħab, dalgħodu kien programmat li jissuktaw il-kompetizzonijiet taż-żfin marbuta mal-karnival fil-Belt Valletta.

Dan filwaqt li aktar tard, għall-ħabta tal-5pm, issir l-isfilata bil-karrijiet trijonfali.

Din is-sena, ix-xita u r-riħ ma tantx taw ċans lill-kompetituri biex jesponu x-xogħol artistiku li għamlu fuq dawn il-karrijiet. Għalkemm illum, jidher li dawn se jkunu qed jitgawdew fl-eqqel tal-ispettaklu li jilħaq il-qofol tiegħu fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt.

Għada, imbgħad, ikun imiss il-Gran Defile li jintemm fi Triq Sant Anna fil-Furjana bil-parteċipazzjoni tal-karrijiet kollha.