Lokali

Konferenza mtella’ dwar il-liġi importanti li ser tiġġieled is-solitudni

“Liġi sabiex tiġi miġġielda s-solitudni u tiġi msaħħa il-benesseri tas-soċjetà – Però l-isforz irid ikun wieħed kollettiv, mhux biss politiku”

Kien dan il-messaġġ li ħareg minn konferenza imtella’ mix-Shadow Minister Ivan Bartolo sabiex tkompli tissaħħah il-ġustizzja soċjali f’pajjiżna; b’enfasi anke fuq is-solitudni li jgħaddu minnha bosta individwi. Dan fid-dawl tal-fatt li ser ikun qed jitressaq abbozz fil-Parlament propju favur it-tisħiħ tal-benesseri socjali u l-ġlieda kontra s-solitudni.

It-Tnejn filgħodu, fil-Parlament, kien hemm total ta’ 7 kelliema minn setturi varji fejn jidħol il-benesseri socjali – kelliema li anke jmissu ma’ bosta realtajiet li jgħaddu minnhom ħafna Maltin u Ghawdxin.

Ġie spjegat li l-ġustizzja socjali tmur lil hinn mis-servizzi – u kif il-bidla trid tkun anke xprunata mill-pubbliku b’mod generali. B’enfasi fuq kif is-settur edukattiv jista’ jibdni qafas socjali ferm iktar b’saħħtu u kkordinat.  

Kelliema oħrajn spjegaw li l-ġustizzja socjali ma tinħoloqx biss bil-liġi u l-policies – imma meta kulħadd jaraf ir-responsabbiltà tiegħu; bl-integrita li trid tiġi dejjem qabel il-konvenjenza.

Apparti min hekk, gie spjegat kif ma jkunx hemm dinjita fejn hemm is-solitudni, u li din tolqot b’mod specjali lill-anzjani – minħabba problemi ta’ mobbiltà,  saħħa u anke problemi finanzjarji.

Intqal ukoll li s-solitudni  għandha effett fuq is-saħħa tal-persuna. Kemm b’mod kroniku u anke min aspetti ta’ ikel u xorb bħal alkoħol.

F’kumment li ta lil Net News, ix-Shadow Minister Ivan Bartolo spjega li din il-konferenza laqqghet lil dawk li jmissu mar-realtajiet man-nies. U kif anke l-Partit Nazzjonalista qed ikompli juri kemm vermaent jieħu bis-serjetà din il-problema reali, bis-solitudni saħansitra tingħata portafol fix-Shadow tiegħu bħala deputat tal-Partit Nazzjonalista.

Apparti min hekk, sahaq wkoll kif l-abbozz ta’ ligi mressaq fil-Parlament ser jkompli jibni fuq it-tajjeb li diga’ ghandna – apparti li jitfa enfasi fuq is-solitudni li qed tkun fattur ewlieni ta’ bosta problemi socjali.