Raġel weġġa’ gravi meta waqa’ minn fuq il-mutur TVS Jupiter 125 li kien qed isuq f’San Ġiljan.
Kienu għall-ħabta tal-10:15 tal-Ħadd filgħaxija meta Kroat ta’ 45 sena li hu residenti San Ġiljan, tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu bil-konsegwenza li waqa’.
Tim mediku u ambulanza minn Mater Dei issejjħu fil-post minnufieh sabiex jassistu u li ħadu lil dan il-Kroat l-Isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
//= $special ?>

