Iż-żgħażugħ li, flimkien ma’ missieru, wettaq l-isparatura ta’ Bondi Beach f’Dicembru li għadda, deher għall-ewwel darba quddiem il-Qorti.
Dan wara xahrejn minn mindu l-Awstralja esperjenzat wieħed mill-agħar qtil tal-massa f’dawn l-aħħar 30 sena.
Naveed Akram qed jaffacja 59 akkuża. Hu deher fil-Qorti permezz ta’ video link mill-ħabs fejn qed jinażmm.
Naveed, flimkien ma’ missieru Sajid, qatlu xejn anqas minn 15-il persuna f’dik l-isparatura. Kien hemm 40 persuna oħra li sofrew xi ġrieħi. Sajid kien inqatel mill-Pulizija, waqt li Naveed kien spiċċa ferut.
Barra l-Qorti, l-avukat ta’ Naveed ma indikax kif se jkun qed iwieġeb il-klijent tiegħu għall-akkużi serji li qed jaffaċa. Hu stqarr li għadu kmieni wisa, għaliex il-proċess għadu kif beda. Il-każ issa hu skedat li jkompli f’April.
//= $special ?>

