Internazzjonali

L-eks Ministru tal-Enerġija Ukren arrestat wara li pprova jaħrab minn pajjiżu

L-eks Ministru tal-Enerġija Ukren ġie arrestat wara li pprova jaħrab minn pajjiżu.

German Galushchenko kien sfurzat jirreżenja s-sena li għaddiet wara li kien implikat fi skandlu ta’ korruzzjoni fl-Ukrajna u issa, rapporti internazzjonali qed jgħidu li kien arrestat matul il-ġurnata tal-Ħadd wara li pprova jaħrab minn pajjiżu.

L-iskandlu li huwa kien implikat fih kien se jkun ta’ ħsara kbira għall-amministrazzjoni tal-President Volodymyr Zelensky. Filfatt, huwa l-istess skandlu li qed iżid il-pressjoni mill-Istati Uniti fuq l-Ukrajna sabiex isiru l-elezzjonijiet fl-Ukrajna. Li issa ilhom sospiżi sa mill-2022, mill-bidu tal-Gwerra.

Madanakollu, it-tnaqqis fil-korruzzjoni fl-Ukrajna huwa importanti sabiex l-Ukrajna tersaq aktar viċin li tkun parti mill-Unjoni Ewropea.