L-Istati Uniti qed tkompli żżid il-pressjoni fuq l-Iran biex jirtira mill-programmi nukleari li kapaċi jintużaw għall-produzzjoni tal-armamenti nukleari.
Dan fost konferma li l-aircraft carrier USS Abraham Lincoln jinsab fil-Baħar Għarbi ‘il hinn mill-Oman – anki waqt li battle group ta’ bastimenti tal-gwerra Amerikani jinsab fuq standby għal direttiva ta’ azzjoni potenzjali fil-konfront tal-Iran.
Il-manuvri tal-qawwiet Amerikani qegħdin isiru minkejja l-indikazzjonijiet li r-reġim f’Tehran lest jikkunsidra kompromess għal ftehim ( dwar in-nukleari) mal-Istati Uniti – dejjem bi skambju mat-tneħħija tas-sanzjonijiet attwali fuq l-Iran.
//= $special ?>

