Sport

Midalja tal-fidda fil-Kampjonati tal-Afrika tal-Judo

Fil-Kampjonati tal-Afrika tal-Judo li sar fit-Tuneżija, KATRYNA ESPOSITO kisbet il-midalja tal-fidda fejn fil-kategorija 48 kilo wara li għelbet lil Anat Tsyrlin tal-Istati Uniti għelbet ukoll lil Aziza Chakir tal-Marokk. Fil-finali Katryna Esposito tilfet kontra Ourmaina Bedioui tat-Tuneżija.

Fl-istess Kampjonati tal-Judo tal-Afrika kkompeta wkoll James Zahra li fil-kategorija 60 kilo, li kien eliminat fl-ewwel rawnd min Qassim AbouAllala li eventwalment rebaħ il-midalja tal-bronż fil-kompetizzjoni.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonati tal-Judo tal-Afrika ħadu sehem 229 judoka minn 29 pajjiż.

Il-kontingent tal-Malta Judo Federation kien immexxi mill-kowc nazzjonali Lamberto Raffi.