L-attur Robert Duvall, li ħadem fil-famuż films The Godfather u Apocalypse Now, miet fl-età ta’ 95 sena, fid-dar tiegħu f’Middleburg, fl-Istat Amerikan ta’ Virginia.
Duvall, rebbieħ tal-Oscar, se jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-aqwa atturi u diretturi tal-films u meta hu interpreta uħud mill-aktar karattri memorabbli fl-istorja ta’ Hollywood.
Il-karriera ta’ Robert Duvall damet għal 60 sena u fejn kien innominat għal xejn anqas minn sitt Oscars.
Intant, Duvall, fl-1983, irnexxielu jirbaħ l-Academy Award għall-Aħjar Attur għall-interpretazzjoni tiegħu ta’ kantant tal-mużika country fil-film Tender Mercies.
//= $special ?>

