Fil-finali tar-relay cross country tal-irġiel 4 b’7.5 kilometri suċċess għan-Norveġja li temmet f’siegħa 4 minuti u 24.5 sekondi. Fit-tieni post Franza b’distakk ta’ kważi 22 sekonda wara li temmew f’siegħa, 4 minuti u 46.7 sekondi.
Għal midalja tal-bronż l-Italja rebħet id-dwell dirett mal-Finlandja biex rebħet l-10 midalja tal-bronz.
Waqt li fil-finali tal-Giant Slalom tan-nisa, fic-Ċentru tal-Alpine Skiing f’Cortina d’Ampezzo, Federica Brignone tal-Italja ma ddizappuntatx fejn rebħet il-midalja tad-deheb f’2 minuti, 13.50 sekondi b’distakk vantaġġ ta’ 62 sekondi fuq Sara Hector tal-Iżvezja u Thea Louis Skejemesund tan-Norvegja wkoll bl-istess distakk fejn ingħataw żewġ midalji tal-fidda.
Fil-finali tal-Biathlon 10 kilometri Pursuit, midalja tad-deheb għal Lisa Vittozzi tal-Italja li temmet fi 30 minuta 11.8 sekondi segwita minn Maren Kirkeelde tan-Norveġja bi 30 minuta 40.6 sekondi . Fit-tielet post Sivi Minkkinen tal-Finlanda bi 30 minuta 46. 1 sekondi. Kienet it-tieni midalja Olimpika f’Milano Cortina għal Vittozzi wara li rebħet il-bronż fil-mixed relay.
//= $special ?>

