Lokali

Mara tweġġa’ gravi wara li nqalbet bil-karozza fis-Central Link

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Mara mir-Rabat weġġgħet gravi wara li nqalbet bil-karozza tagħha.

Kienu għall-ħabta tal-5 tat-Tnejn filgħodu meta mara tilfet il-kontroll tal-karozza tagħha bil-konsegwenza li nqalbet fic-Central Link f’Ħ’Attard.

Il-mara li għandha 35 sena u toqgħod ir-Rabat, kienet qed issuq il-karozza tal-għamla Ford Fiesta meta għal xi raġuni mhux magħrufa tilfet il-kontroll bil-konsegwenza li nqalbet.

Hija kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.